L-ammont ta’ nies li sfaw vittmi tal-virus Corona tela’ għal 170. Ġie kkonfermat ukoll każ f’Tibet biex b’hekk issa l-virus infirex ma’ kull reġjun taċ-Ċina.
Nhar it-Tlieta 29 ta’ Jannar, l-awtoritajiet tas-Saħħa Ċiniżi ħabbru li hemm madwar 7,711 każijiet konfermati fil-pajjiż.
Apparti minn hekk huwa mifhum li dan il-virus infirex f’minn tal-inqas, 16 -il pajjiż.
L-organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) ser jiltaqgħu fil-ġurnata tal-Ħamis sabiex jiddiskutu jekk din l-epidemija tikkonstitwixxix emerġenza globali tas-Saħħa.
Id-Direttur Ġenerali tal-WHO Tedros Adhanom Ghebreyesus, stqarr li minkejja n-numru ta’ każijiet li faqqsu barra mix-xtajta taċ-Ċina huwa żgħir, għandhom potenzjal li jikkawżaw ħsara kbira.