Fl-Arabja Sawdija ġew sospiżi t-titjiriet filwaqt li l-t-trasport pubbliku ħa jieqaf għal ġimagħtejn sħaħ. Fil-pajjiż s’issa ġew ikkonfermati 270 u l-ebda mwiet.
Fin-New South Wales fl-Awstralja tlett persuni abbord cruise li jinsab fil-Port ta’ Sydney irriżultaw fil-pożittiv. Fuq dan il-vapur hemm abbord madwar 3,800 persuna u jinsabu kwarantina. Dan wara li l-Awstralja pprojbixxiet milli jidħlu turisti fil-pajjiż għajr għar-residenti permanenti, ċittadini u l-familji tagħhom.
Fl-Indja l-Prim Ministru Narendra Modi appella sabiex kullħadd jibqa f’daru u poġġa restrizzjoni fuq l-użu tat-trasport pubbliku.
Fil-Haiti ġew ikkonfermati l-ewwel żewġ każijiet dan wara li l-pajjiż ġie ddikjarat bħala stat ta’ emerġenza, waqqaf it-titjiriet minn diversi pajjiżi u għalaq il-fruntieri.
L-Arġentina kien l-ewwel pajjiż fin-naħa t’isfel tal-Amerika li ħabbar lockdown nazzjonali.
Intant il-kumpanija Cirque Du Soleil ikkanċellat l-maġġoranza tal-ispettakli li kellha preparati u ikkumpensat lil ħaddiema tagħha b’vakanza mħallsa, insurance temporanja u aċċess għal employee support programme li joffru.