L-għaqda dinjija tas-saħħa għadha kif iddikjarat il-Coronavirus bħala emerġenza dinjija.
In-numru tal-mejta riżultat ta’ dan il-virus qattiel tela’ għal 170 hekk kif ġie kkonfermat li r-reġjuni kollha fiċ-Ċina huma milquta bil-virus. L-imxija ta’ dan il-virus beda minn Wuhan iżda issa qed jinfirex madwar id-dinja.
“Ir-raġuni ewlenija għad-dikjarazzjoni tal-WHO mhux riżultat ta’ dak li qed jiġri fiċ-Ċina iżda dak li qed iseħħ f’pajjiżi oħra”, saħaq il-Kap tal-organizazzjoni dinjija tas-saħħa Tedros Adhanom Ghebreyesus waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Ġinevra, l-Isvizzera.
L-għaqda dinjija tas-saħħa wriet tħassib serju li dan il-virus jista’ jaħkem sew pajjiżi li għandhom servizzi tas-saħħa dgħajfa, partikularment pajjiżi fqar.