Il-grupp ta’ lukandi Corinthia ħabbar li se jimbarka fuq proġett ta’ lukanda u appartamenti lussużi f’Moska, r-Russja. Dan il-proġett se jkun qed isir fit-triq prinċipali li twasslek għall-Kremlin u Red Square. Il-binja li se tkun qed tospità dan il-proġett huwa bini skedat tad-19-il ċentinarju. Dan il-proġett se jkopri medda ta’ aktar minn 43,000 metru kwadru li apparti l-lukanda u appartamenti lussużi se jkollu wkoll numru ta’ stabbilimenti lussużi.
Il-Grupp Corinthia ilu preżenti fir-Russja mis-sena 2002 sabiex issa għandu numru ta’ binjiet fosthom lukanda f’San Pietruburgu u numru ta’ stabbilimenti kummerċjali kbar.
Is-Sur Alfred Pisani, fundatur tal-grupp Corinthia laqa dan l-investiment li se jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-grupp fis-suq tal-lukandi lussużi fir-Russja.