Il-kumitat tar-rappreżentanti Permanenti tal-Unjoni Ewropea kkonferma dalgħodu li r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tal-Ministri hija biex in-nomina ta’ Leo Brincat tkun approvata.
Id-deċiżjoni tal-kumitat, magħruf bħala l-COREPER, issegwi l-parir tas-segretarjat ġenerali tal-Kunsill Ewropew li lbieraħ qal li din għandha tkun approvata mingħajr diskussjoni. Issa l-Kunsill jiddeċiedi dwar in-nomina l-ġimgħa d-dieħla meta tittieħed id-deċiżjoni finali.