L-Ishma tal-Coca-Cola għamlu telf ta’ $4 biljun wara li f’konferenza stampa ta’qabel il-logħba ta’ bejn il-Portugall u l-Ungerija, Cristiano Ronaldo warrab il-fliexken tal-Coca-Cola minn fuq il-mejda u appella biex nixorbu l-ilma.
Fil-passat, Ronaldo, ġieli qal li hu ma jixrobx xorb li jkun fih iz-zokkor.
Il-plejer li għandu 36 sena, huwa magħruf li jinsab f’forma fiżika tajba ħafna, stqarr li ma jaqbillx ma’ ibnu l-kbir li jikkonsma dawn il-prodotti.
Tenna li hu jiġġieled ma’ ibnu wkoll meta dan jiekol affarijiet li mhumiex tajbin għas-saħħa.
Ilbieraħ Ronaldo sar l-aktar plejer li skorja fil-Kampjonati Ewropej.
B’żewġ gowls, wieħed minnhom minn penalty, Ronaldo issa skorja 11-il gowl fl-edizzjonijiet kollha li ħa sehem fil-EURO.