Oliver Scicluna se jkun co-opted bħala deputat Laburista.
Kien il-Prim Ministru nnifsu li ressaq isem Oliver Scicluna quddiem il-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista, fejn ġiet diskussa l-co-option ta’ Membru Parlamentari fuq in-naħa tal-Gvern.
Aktar tard illejla, il-Prim Ministru laqqa’ wkoll lill-Eżekuttiv tal-Partit Laburista biex tiġi diskussa l-co-option ta’ Oliver Scicluna fuq livell tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Labusita wara li Oliver Scicluna ġie approvat unanimament f’mekkaniżmu għall-co-option biex jimtela s-siġġu vakanti fil-Parlament.
Preżentament, Oliver Scicluna huwa l-Kummissarju tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità.