Fir-reazzjoni tagħha għall-Budget 2023, il-Caritas Malta ddeskrivietu bħala wieħed b’lista sħiħa ta’ miżuri soċjali mmirati għal dawk li huma l-aktar vulnerabbli.
F’kumment ma’ ONE News, id-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt, faħħar fost l-oħrajn il-kumpens addizzjonali għall-għoli tal-ħajja u anki l-għotja ta’ €10,000 għal dawk li se jixtru l-ewwel dar tagħhom.
Huwa semma li s-sussidju fil-prezzijiet tal-enerġija u ċ-ċereali, minħabba l-kriżi tal-enerġija, qed jevita milli aktar nies jidħlu fir-riskju tal-faqar.