Propju fil-ġurnata li d-dinja qed tiċċelebra l-Jum Internazzjonali tal-Familja, Caritas Malta ħabbret għajnuna għall-familji u persuni li minħabba l-pandemija sabu ruħhom f’diffikultà finanzjarja.
Il-proġett Kaxxi ta’ Solidarejtà se jassigura li dawn il-familji jkollhom il-bżonnijiet bażiċi għall-għixien.
Il-Caritas Malta qalet li f’dan iż-żmien ta’ pandemija għenet anzjani u familji oħra.
L-ikel f’dawn il-kaxxi huwa stmat li jservi għal madwar 14-il-ġurnata.
Dawn il-kaxxi jinkludu ikel nutrittiv u prodotti għall-iġjene.
Anthony Gatt, id-Direttur ta’ Caritas Malta esprima l-apprezzament għall-ġenerożità tal-poplu Malti u appella biex min m’għandux jgħix ma min għandu.