Caritas Malta rrikonoxxiet l-għażla tal-persuni li nħatru fuq il-Bord tal-Awtorità dwar l-użu responsabbli tal-kannabis li se jkun immexxi minn Mariella Dimech.
Il-Caritas qalet li l-persuni fuq il-Bord għandhom reputazzjoni u ta’ esperjenza fil-qasam tagħhom.
Hija sostniet li għandha fiduċja fil-Bord.
Iċċarat li filwaqt li numru ta’ persuni fil-Bord kienu jaħdmu ma’ Caritas Malta fil-passat u taw kontribut siewi lis-servizzi ta’ Caritas, fil-Bord ta’ din l-Awtorità m’hemmx persuni li preżentament qed jirrappreżentaw lil Caritas.