Qed ikun ikkunsidrat li l-proġett tal-live in carer ikun estiż għal iktar persuni u saret ukoll proposta li jiżdied l-ammont ta’ flus li jibbenefikaw minnu dawk li jagħżlu li jidħlu fl-iskema li permezz tagħha jkollhom carer id-dar. Bl-ispiża tal-carer tkun maqsuma bejn l-anzjan,jewil-familja tiegħu,ul-Gvern li jikkontribwixxi nofspaga minima.
L-interess fil-proġett pilota kien wieħed sostanzjali. Però, l-ikbar sfida tibqa’ dik li jinstabu carers biżżejjed, bis-Segretarjat Parlamentari responsabbli jieħu miżuri dwar dan ukoll.