Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret aktar kmieni llum, il-captain tat-tim nazzjonali Malti Andrei Agius ħabbar li kien qed jirtira mit-tim nazzjonali Malti. Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata mill-President tal-MFA Bjorn Vassallo kif ukoll mill-stess Andrei Agius.
Din l-aħbar waslet l-għada li l-stess plejer kien intervistat waqt il-program L-Argument, fejn għalkemm ma kkonfermax, ta’ x’jifhem li ma kienx ser jkompli jilbes il-flok tat-tim nazzjonali Malti.
L-aħħar logħba bil-flok ta’ Malta għal Andrei Agius ser tkun kontra l-Ażerbajġan f’partita internazzjonali ta’ ħbiberija f’Marzu li ġej.
Andrei Agius lagħab il-fuq minn mitt partita mat-tim nazzjonali fejn skorja sitt gowls u huwa l-aktar difensur Malti li qatt lagħab u skorja għal pajjiżna.
F’messaġġ li tella Andrei Agius aktar tard fuq l-midja socjali huwa irringjazza li diversi persuni li kienu miegħu matul l-karriera fosthom numru ta’ kowċis li kien preżenti tul il-karriera tiegħu iżda qadd ma’ għamel referenza għal kowċ preżenti tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia.
Huwa tenna wkoll li issa jinsab iffukat biex jkompli bil karriera tiegħu mat-tim ta’ Hibernians biex flimkien ma l-kumplament ta’ l-skwadra jilħqu l-ambizzjonijiet tal-klabb.
Bjorn Vassallo rringrazzja lil Agius tas-servizz li ta’ lill-futbol Malti u sostna li jittama li Andrei Agius ikun jista’ jrodd lura l-esperejenza tiegħu permezz ta’ rwol fil-futur possibilment mal-MFA.