Il-Ħamis issaħħet is-sigurtà f’Capitol Hill fl-Istati Uniti wara li l-awtoritajiet waslitilhom informazzjoni li jista’ jkun hemm kumplott biex xi grupp armat jinvadi l-binja.
Il-midja internazzjonali qalet kif il-forzi tas-sigurtà Amerikani saħqu li huma preparati għal kull eventwalità, anke jekk xi membri tal-Kungress jinsabu fil-mira ta’ dan il-grupp.
Il-Kamra tar-Rappreżentanti fl-ħasret is-seduta tal-Ħamis, iżda s-Senat, li jitlaqqa’ fil-Capitol xorta se jibqa’ għaddej b’ħidmietu.