Il-kumpanija Enemalta ħabbret li fis-sigħat li ġejjin parti mill-cable tal-interconnector bejn Malta u l-Italja li fuqu saret tiswija se jitpoġġa f’gandott taħt l-ilma.
Ix-xogħlijiet mistennija jieħdu jumejn u għalhekk f’dan il-perjodu se jieqaf jaħdem l-interconnector.
Il-cable kien mgħasses min-nies apposta sakemm tpoġġa f’dan il-gandott.