Il-ħaddiema tal-Air Malta qed ikomplu jappoġġjaw il-proposti tal-gvern għal titjib fil-kundizzjonijiet tagħhom bħala parti minn strateġija li għandha l-għan li ssaħħaħ il-linja nazzjonali tal-ajru.
Wara li ftit tal-jiem ilu kien iffirmat ftehim mal-inġinieri, illum kienu l-membri tal-cabin crew li qalu iva għal dak propost f’negozjati intensivi li kien hemm fl-aħħar ġimgħat.
Jirriżulta li kienu iktar minn 70% l-ħaddiema li appoġġjaw din il-proposta bil-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi, jesprimi sodisfazzjon fuq twitter.