Il-Korea ta’ Fuq ser tkun qed terga’ tiftaħ linja tat-telefon diretta mal-Korea ta’ Isfel dan sabiex tiffacilita’ l-parteċipazzjoni fl-Olimpjadi tax-Xitwa. Dan seħħ wara li l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Yong Un qal li jrid djalogu mal-mexxej tal-Korea ta’ Isfel dan sabiex eventwalment ikun possibli li jibgħat tim sabiex jilgħab f’ dawn l-olimpjadi. Iż-żewg pajjiżi kienu ilhom ma jitkellmu b’ mod uffiċċjali sa minn Diċembru tal-elfejn u ħmistax.
Kelliem għall-Korea ta’ Fuq qal liz-zewġ pajjizi se jkunu qed jiddiskutu numru ta’ affarijiet fosthom il-proposta li delegazzjoni tattendi ghal danw l-olimpjadi fi Frari li ġej. B’ reazzjoni għall-messaġġ tal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un, il-President Amerikan qal li l-buttuna nukleari tal-Istati Uniti hija ferm akbar minn dik tal-Korea ta’ Fuq. Trump qal li huwa ikbar u anke izjed b’ saħħtu mis-sempliċiment buttuna nukleari ta’ Kim Jong Un. Dan wara li l-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq fl-indirizz tiegħu għall-ewwel tas-sena kien qal li l-Buttuna tal-bomba nukleari tinsab fuq l-iskrivanija tiegħu u lest li jibda gwerra mal-Amerka. L-Istati Uniti qalet ukoll li mhux ser tkun qed tirrikonoxxi t-taħdidiet bejn il-korea ta’ Fuq u l-Korea ta’ Isfel.