L-Arċidjoċesi ta’ Malta għalqet is-sena 2015 b’ surplus ta’ €2,700,000. Dan skont ir-rapport finanzjarju ppublikat illum li ta stampa tal-but tal knisja fl-2015.
Filwaqt li d-dħul kien jiżboq l- €34, 000,000, in-nefqa telgħet għal €33,000,000. Meta wieħed jikkunsidra dan u xi materji finanzjarji oħra jasal għal dak ir-riżultat.
Id-dħul tal-knisja kien ġej minn donazzjonijiet li raw żieda ta’ 29% fuq is-sena ta’ qabel, ġbir, investiment,ottjiet mill-Gvern, u ħwejjeġ oħra. L-ispejjeż tal-knisja jinkludu l-iskejjel, djar residenzjali, restawr u taxxa fost oħrajn.
Ir-remunarazzjoni tal-kleru swiet ftit aktar min €3,000,000 filwaqt li salarji ta’ impjegati lajċi qabżu is- €16,000,000. L-ewwel dettalji mill-konferenza tal-aħbarijiet jindikaw li l-qagħda finanzjarja tal-knisja tidher li qegħda tissaħħaħ.