Tony Abela reġa’ daħal fil-Parlament u miegħu rritornat id-dikjarazzjoni tal-assi super.
Il-gazzetta Kullħadd analizzat id-dikjarazzjoni tal-assi tal-ex membru tal-Kabinett, li fil-passat f’kontroversja inqabad mhux darba jew tnejn.
Fiha n-Nutar Abela ddikjara li għandu €691,645 f’kontijiet fil-banek u ma’ dawn numru ta’ bonds u ishma.
Fi stocks tal-gvern, ishma fil-Malta International Airport u f’GO Plc jiddikjara li għandu mal-€110,000. Imbagħad għandu eluf ta’ ishma f’kumpaniji oħra li ma nafux il-valur tagħhom għalkemm ilaħħaq l-eluf ta’ ewro.
Jispikkaw ukoll in-numru ta’ proprjetajiet. Tant li jiddikjara dsatax –il proprjetà li jvarjaw minn djar għal appartamenti u artijiet. F’każi minnhom huma tiegħu kollha, f’oħrajn għandu sehem. Jiddikjara
wkoll numru ta’ karozzi u saħansitra ma jgħidx kemm hemm.
Fost bosta kontroversji li kien maqbud fihom Tony Abela kien hemm dik marbuta mal-ksur tal-kodiċi tal-etika tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari meta kien baqa’ jaħdem bħala konsulent mill-uffiċċju tiegħu ta’ nutar minkejja li nħatar Segretarju Parlamentari. Saħansitwa wara l-aħħar elezzjoni ġenerali ta’ l-2003 sa anki informa b’dan lill-kostitwenti tiegħu f’ittra li kien bagħtilhom.
Saħansitra kienu xxandru recordings ta’ telefonati li saret lill-ufficcju notarili tas-Segretarju Parlamentari Tony Abela fejn intalab appuntament ghal konsulenza ma’ Abela.
Minkejja s-snin il-bod mill-Parlament, Abela baqa’ deputat ikkulurit, speċjalment fir-risposti li jagħti lill-ġurnalisti.
Il-gazzetta Kullħadd mistennija tkompli tanalizza d-dikjarazzjoni tal-assi ta’ Tony Abela.