Żorna l-ġonna tal-Buskett fl-eqqel tas-Sajf u sibna kwiet kbir. Il-familji li f’xhur oħra jimlew dawn il-ġonna jgħidu xi kelma u jiddevertu taħt xi siġra x’aktarx kienu fuq xi bajja. Peró ma morniex waħedna. Ħadna magħna lill-espert tas-siġar, Alfred Baldacchino, li ġiegħlna napprezzaw iktar il-wirt li għandna f’dan il-post. Il-filmat m’għandekx titiflu.