Ir-rapporti ta’ serq ta’ pick-pocketing irrappurtati lill-Pulizija minn Jannar 2015 sa Diċembru 2016 kien jammonta għal 2030 każ. Bejn Jannar u Awwissu 2016 l-ammont kien ta’ 1892. Il-maġġoranza ta’ dan is-serq sar minn persuni ta’ nazzjonalita barranija.
Fl-2015, kienu mressqa tmien persuni l-Qorti b’rabta ma’ pickpocketing:
- Malti
- Żewġ Libjani
- Żewġ Rumeni
- Tliet Bulgari
Fl-2016, sa Awwissu, kienu mressqa total ta’ 31 persuna:
- Sitt Maltin
- Tlettax-il Bulgaru
- Tmien Rumeni
- Messikan
- Żewġ Somali
- Spanjol
L-ammont ta’ persuni li tressqu il-Qorti b’rabta ma’ dawn il-każijiet kien ta’ 39 minnhom kien hemm sebgħa Maltin u 32 Barrani.
Dan qalu l-Ministru Carmelo Abela bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari mid-Deputat Laburista, Silvio Schembri