Mariyana Borisova, il-Bulgara ta’ tletin sena li ġiet arrestat fl-ajruport waqt li kienet se titlaq minn Malta, wieġbet mhux ħatja għal ħames akkużi ta’ serq.
Jidher li Borsiova żaret Malta kemm-il darba fl-aħħar xhur, bil-għan li twettaq numru ta’ serqiet minn fuq nies oħra. Madanakollu, l-iktar żjara riċenti, fejn kienet qed tgħix f’lukanda f’Buġibba, wasslet biex tinqabad.
Wara li l-pulizija ħadmet fuq diversi filmati tas-sigurta, ġiet identifikata l-mara u hija s-suspettat ewlieni f’numru ta’ serqiet bejn Maruz u Mejju f’diversi lokalitajiet.
Il-pulizija rċeviet informazzjoni li l-mara kienet se titlaq minn Malta fil-jum tal-Ħamis, fejn hija twaqqfet hekk kif kienet se tirkeb l-ajurplan.
Fost l-akkużi kontriha kien hemm is-serq ta’ envelop bil-flus minn ħanut u s-serq ta’ deiversi kartieri.
Hija wieġbet mhux ħatja u nżammet arrestata.