Ritratt li qed idur fuq il-medja soċjali nkorla lil bosta dilettanti tal-festa. Ir-ritratt juri persuna li liebsa ta’ buffu waqt festa tar-raħal.
Kienu bosta dawk li kkummentaw li dan huwa kummerċjaliżmu żejjed. Oħrajn irribattew li t-tfal ħadu pjaċir bih iżda ma kellux iwaħħal tabella jew bżieżaq mal-armar tal-festa. Uħud staqsew ukoll jekk kellux bżonn permess sabiex jarma’.