- ŻIEDA TA’ ĠURNATA OĦRA LIV
- AKTAR TNAQQIS TA’ TAXXA GĦAL KULL MIN JAĦDEM
- ŻIEDA TA’ €2 FIL-ĠIMGĦA GĦAL KULL PENSJONANT
- €10,000 RIMBORS TA’ SPEJJEŻ GĦAL ADOZZJONI TA’ TFAL MINN BARRA L-PAJJIŻ
- WARA 8 SNIN SE TIŻDIED IL-FOSTER CARE ALLOWANCE
- REFUND TAT-TAXXA TAL-BOLL GĦAL MIN JIXTRI L-EWWEL U T-TIENI DAR
- IŻ-ŻIEDA GĦALL-GĦOLI TAL-ĦAJJA GĦAS-SENA D-DIEĦLA SE TKUN TA’ €1.75 FIL-ĠIMGĦA
- ESTENSJONI TAL-ISKEMA TAL-IN-WORK BENEFIT
- TNAQQIS BIN-NOFS TAL-PREZZ TAL-EŻAMIJIET TAS-SEC U L-MATSEC
- TALLINJA CARD B’XEJN GĦAL DAWK BEJN 16-20 SENA
- SOCIAL LOANS BIEX AKTAR PERSUNI JSIRU SIDIEN TA’ DJARHOM
- AĠĠUSTAMENT GĦALL-IMPJEGATI BIL-PAGA MINIMA
- GOVERNMENT SAVINGS BONDS GĦALL-PENSJONANTI
- €10.5 MILJUN OĦRA BIEX IKUNU NDIRIZZATI INĠUSTIZZJI TAL-IMGĦODDI
- WHITE PAPER DWAR HOUSING AFFORDABBLI
- XOGĦOL INFRASTRUTTURALI F’160 TRIQ RESIDENZJALI FL-2018
- ESTENSJONI TAS-SERVIZZ TAL-IVF
- €4.9 MILJUNI GĦAL PAGAMENTI EX-GRATIA GĦAL MIN KIEN IRREĠISTRA L-VETTURA FL-2007
- €8.15 FIL-ĠIMGĦA FL-ALLOWANCE GĦALL-CARERS
- SE TINFETAĦ SKEMA TA’ FIDI TA’ ĊNUS
- TINQATA’ 20% INQAS MILL-PENSJONI T’ANZJANI LI JAGĦTU LURA L-POST TAL-GVERN MIKRI LILHOM META JMORRU F’DAR TAL-ANZJANI
- INĦEĠĠU IKTAR INDIVIDWI JKOMPLU B’KORS POST-GRADUATE
Uħud mill-ħafna miżuri li ffurmaw il-baġit għas-sena d-dieħla. Baġit li fi kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat “ta ħafna u ma ħa xejn”.