F’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne saħaq li l-budget għas-sena d-dieħla jrid ikompli jagħti l-ispazju lil dawk l-intrapriżi li qed ikomplu jikbru b’ritmu mgħaġġel.
Fuq kollox dan kien budget soċjali li qed jagħti imbuttatura lil min mhux b’kapriċċ għandu bżonn l-għajnuna għax huwa vulnerabbli.
Il-Ministru Chris Fearne ta elenku għal xita ta’ miżuri li għenu mhux ftit lil bosta nies, fosthom lil pensjonanti.
Id-Deputat Prim Ministru tkellem dwar it-tielet pilastru ta’ dan il-budget irid ikompli jagħti kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji u fakkar li t-tieni ġurnata leave lill-ħaddiema se tagħti aktar ħin lill-ħaddiema mal-familji tagħhom.
Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna spjega kif dan il-budget tressaq f’kuntest fejn pajjiżna kompla jnaqqas id-dejn li nġema minn sensiela ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti.
Saħaq li dan kien budget li jolqot ix-xogħol u kif permezz ta’ viżjoni fit-tul, dan il-budget qed jagħti ċans biex Gvernijiet futuri jkunu jistgħu jimmanuvraw fiskalment.
Fi kliem ieħor, il-Professur Scicluna spjega kif bħal ma diġa qed jiġri bħalissa, sena wara sena, Gvern jista’ jaħseb f’miżuri pożittivi ferm u jimplimentahom għaliex il-qagħda ekonomika tippermetti.