Il-Parlament illum approva fil-Kumitat tal-Provvista il-budget għas-sena d-dieħla b’mhux inqas minn 40 votazzjoni.
L-Oppożizzjoni saqsiet għal reviżjoni ta’ kull vot b’rabta mal-estimi tal-2017, b’ħafna minn dawn il-votazzjonijiet spiċċaw b’37 vot favur u 31 kontra. Id-Deputat kap tal-Oppożizzjoni Mario de Marco kien assenti u għalhekk ġie sotitwiet (ipperjat) mal-Membru Parlamentari laburista Joe Sammut. L-emendi kollha tal-Oppożizzjoni biex is-salarju tal-Ministri jonqos b’ €2.33 m’għaddewx.
Il-Kamra wara approvat l-Approprazzjoni għas-sena 2017, li tlaħħaq €2.8 biljun. Ġew approvati wkoll l-estimi supplimentari għas-sena 2016, li jlaħħqu s-somma ta’ €141.5 miljun.
Il-Kamra approvat ukoll l-estimi finanzjarji tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-embrijuni.
Il-Parlament jerġa’ jiltaqa’ nhar it-Tnejn, fuq l-aġenda hemm mozzjoni ta’ Beppe Fenech Adami li titlob lill-iSpeaker jirrevedi r-ruling tiegħu fil-konfront ta’ Jason Azzopardi dwar prima facie ksur ta’ privileġġ fil-konfront tal-Ministru Owen Bonnici.