Il-Prim Ministru Robert Abela kkonferma li d-data li fih se jkun ippreżentat il-budget għas-sena d-dieħla se tkun it-Tnejn 24 ta’ Ottubru.
Dan intqal f’kummenti lill-istazzjon nazzjonali minn New York fejn il-Prim Ministru qed jipparteċipa fis-77 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Fil-kummenti tiegħu, il-Prim Ministru tenna li l-prijoritajiet tal-gvern jibqgħu l-istabbiltà u s-sostenibbiltà u reġa’ tenna l-prinċipju tal-gvern li jgħin in-nies.
Prinċipju li kien spjegat fid-dettall fid-dokument ta’ qabel il-budget li preżenta l-Ministru għall-Finanzi, Clyde Caruana, fl-aħħar jiem.