Ir-regoli sanitarji ġodda li l-Awtorita tal-Ippjanar ħabbret nhar il-Ġimgħa jagħmlu iktar ċara d-differenza bejn żvilupp residenzjali u ieħor kummerċjali, filwaqt li jindirizzaw il-problema tal-btieħi.Il-Perit Joe Scalpello, spjega li din kienet waħda mill-emendi l-iktar importanti fil-liġi. Bir-regoli sanitarji ġodda ġie stabilit li spazju abitabbli huwa kwalunkwe spazju akbar minn sitt metri kwadri.
Emenda oħra importanti hija dwar il-btieħi fir-residenzi.
Ir-residenzi kollha, ħlief dawk f’kantuniera, għandu jkollhom bitħa b’fond skont il‐proporzjon mal‐għoli tal‐bini.
Ir‐regolamenti jistabbilixxu l‐fond minimu ta’ bitħa li għandu jkun ta’ tliet metri għal bini b’għoli ta’ mhux aktar minn għaxra metri u għaxar ċentimetri.
Iktar dettalji fil-filmat.
ċċ