L-istat tal-Brunei introduċa liġijiet li permezz tagħhom is-sess bejn persuni tal-istess stess ġie att kriminali bil-piena tal-mewt.
Fil-liġijiet il-ġodda is-Sultan ta’ dan il-pajjiż asjatiku, Hassanal Bolkiah, qal li l-mewt għal minn jinqabad jagħmel dan l-att ser jingħata permezz tat-tfiegħ tal-ġebel. Pero’ jekk jinqabdu żewġ nisa flimkien jingħataw mitt daqqa ta’ frosta.
F’każ ta’ serq, il-persuna tinqatgħalu jdejh.
Dawn l-emendi daħlu fis-seħħ mill-lum, għax skond l-istess prinċep il-pajjiż irrid jaddotta prinċipji islamitiċi aktar b’saħħithom. Is-sess bejn persuni tal-istess diġa kien wieħed kriminali, iżda l-piena kienet ta’ massimu ta’ 10 snin ħabs, li nbidlet għal waħda ta’ tħaġġir bil-ġebel sal-mewt.
Madankollu skond din l-emenda, sabiex wieħed jingħata l-piena tal-mewt, irrid jew ikun ammetta dan l-att jew inkella, jkunu rawh minn tal-anqas erba’ persuni jagħmel is-sess ma’ persuna tal-istess sess.