Il-British Airways u l-Lufthansa ssospendew it-titjiriet tagħhom lejn il-Kajr, minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.
Fi stqarrija, is-Sibt, il-linja tal-ajru British Airways qalet li hija tinnota s-sigurtà fl-ajruporti li ttir fihom, b’mod regolari. Din is-sospenzjoni tibqa’ fis-seħħ għal 7 t’ijiem sabiex jilħqu jsiru l-istudji kollha biex jassiguraw li l-ajruport huwa siġur biżżejjed.
Filwaqt il-linja tal-ajru Lufthansa qalet li sospendiet it-titjiriet minn Frankfurt u Munich, u sal-Ħadd dan is-servizz għandu joppera b’mod normali. Bl-istess raġuni bħal tal-British Airways, Lufthansa qalet li se jsir aktar studju sabiex tkun assigurata s-sigurtà tal-klijenti tagħha.
L-ebda linja tal-ajru ma speċifikatx għaliex qed jittieħdu dawn il-passi, għajr li minħabba raġuni ta’ sigurtà.
Dawn l-azzjonijiet ħallew għexieren ta’ persuni l-art, f’ajruporti bħal Heathrow.