Miljuni ta’ Brażiljani vvutaw matul il-jum tal-Ħadd, hekk kif riedu jagħżlu bejn żewġ politiċi ferm differenti biex ikun il-President li jmiss.
Il-kandidat lemin-estrem Jair Bolsonaro qed jaffronta lix-xellugi Fernando Haddad fit-tieni u l-aħħar rawnd tal-elezzjoni Presidenzjali.
Filwaqt li d-distakk bejniethom kien żgħir, jidher li Bolsonaro żamm postu fuq quddiem.
L-elezzjoni kienet imtappna minn skandli ta’ korruzzjoni u attakk b’sikkina fuq Bolsonaro, li tilef erbgħin fil-mija ta’ demmu u kellu bżonn operazzjoni b’emerġenza.