Imħallef fil-Qorti Suprema Brażiljana ddeċidiet li viżitaturi minn barra l-pajjiż ser ikollhom jipprovdu ċertifikat tal-vaċċin biex jidħlu fil-pajjiż.
Din id-deċiżjoni ġġib fix-xejn regoli maħruġa mill-aġenzija nazzjonali għas-saħħa li kienet tistaqsi għal riżultat negattiv kontra l-Covid-19 biex wieħed jidħol fil-pajjiż.
L-Imħallef qal li ser tkun impossibbli biex jiġu ċċekkjati l-passiġġieri kollha filwaqt li jippruvaw jipprevjenu t-tixrid tal-varjant Omicron.
Il-miżuri laxki li kien iħaddan il-Brażil għamluh destinazzjoni popolari għal turisti mhumiex imlaqqma.
Għaldaqstant din id-deċiżjoni tal-Qorti tista’ titqies bħala daqqa ta’ ħarta oħra għall-President Brażiljan Jair Bolsonaro li kemm il-darba pprova jfixkel ħidma biex iwaqqaf it-tixrid tal-imxija.