Is-senat tal-Brażil jiddibatti jekk il-President Dilma Rousseff għandhiex tgħaddi minn proċess sħiħ ta’ impeachment. Jekk il-maġġoranza sempliċi tivvota favur, kif inhu mistenni, Rousseff tkun sospia awtomatikament.
Hija tinsab akkużata li immanipulat finanzi b’mod illegali biex ħbiet defiċit li kull ma jmur kien qiegħed jiżdied. Dan biex ma jirriflettix ħażin fuqha qabel l-elezzjoni presidenzjali tal-2014. Hija għamlet l-aħħar appelli sabiex jitwaqqfu l-proċeduri, imma dawn ġew miċħuda.