Il-Brass House Unit se tkun qed torganizza avveniment spettakolari Lejlet l-Ewwel tas-Sena, bl-isem ta’ ‘Nye Royale’ fejn huma mistennija numru ta’ sorpriżi, filwaqt li se jkun hemm ikel u xorb matul il-lejl kollu.
ONE News żar l-MFCC f’Ta’ Qali fejn se jsir l-ispettaklu, waqt li kienu għaddejjin l-aħħar provi tekniċi.
Hawn tkellimna ma’ Kevin Abela, direttur tal-Brass House Unit, fejn qalilna li l-bejgħ tal-biljetti miexi b’ritmu mgħaġġel u dan juri kemm il-pubbliku qed jistenna din l-attività.
Abela qalilna wkoll li l-fatt, li l-avveniment se jkun qed isir taħt tinda, jgħin biex dawk preżenti jkunu għall-kenn.
“Din is-sena ħsibna biex nagħmlu Lejlet l-Ewwel tas-Sena b’differenza, fis-sens wara l-esperjenza kollha li akkumulajna mas-snin ħsibna biex nagħmlu show fuq livell differenti u meta ngħid fuq livell differenti se jkollna żewġ shows. Se jkollna The Alchemist qabel jibdew ix-xows, erba’ DJs.”
Direttur, Kevin Abela
Għal aktar informazzjoni u għall-biljetti wieħed jista jżur is-sit brasshouseunit.com/newyearseve.