Fi stqarrija l-BOV ħabbar li mil-lum għalaq b’mod temporanju l-Fergħa tal-Ibraġġ, dan wara li wieħed mill-impjegati tiegħu ħassu ma jiflaħx.
Il-bank qal li l-impjegat ġie ttestjat għall-Coronavirus.
L-istqarrija żiedet tgħid li dan sar għall-aħjar interess tal-klijenti kollha ta’ dan il-bank u li qed jikkonsulta b’mod kontinwu mal-Awtoritajiet tas-Saħħa.