Il-Bank of Valletta qed iħabbar li b’effett immedjat, it-33 Fergħa tiegħu se jkunu qed jiftħu mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.00 ta’ filgħodu u Nofsinhar.
F’inizjattiva oħra mmirata biex tnaqqas it-tixrid tal-COVID-19 u tipproteġi l-impjegati u l-klijenti tiegħu, il-Bank mhux se jkun qed jiftaħ għan-negozju fil-ġranet tas Sibt sakemm ma’ jiġiex avżat mod ieħor. L-ATMs kollha tal-BOV u l-mezzi l-oħra tas-servizzi bankarji se jibqgħu joperaw b’mod normali.
Il-Kap Eżekuttiv tak-BOV qal li dawn il-miżuri qed jittieħdu b’responsabbiltà jiġu protetti l-impjegati u l-familji tagħhom u fl istess ħin, il-klijenti u l-familji rispettivi tagħhom.
Is-Sur Hunkin ħeġġeġ ukoll lill-klijenti biex ma’ jżurux il-fergħat tal-Bank bla bżonn u biex jibqgħu fis-sigurta ta’ darhom.
Il-klijenti huma għal darb’oħra mħeġġa jużaw l-ATMs tal-Bank madwar Malta u Għawdex biex jiġbdu jew jiddepożitaw il-flus u aktar aħjar jużaw il-BOV Cards jew il-BOV Pay biex iħallsu għall-bżonnijiet tagħhom.
Barra minn hekk, is-sistemi tal-BOV Internet Banking u l-BOV Mobile jistgħu jintużaw biex isiru pagamenti u ħtiġijiet bankarji oħra.