Il-Bank of Valletta mhux se jkompli bi transazzjonijiet relatati max-xiri tal-HSBC f’pajjiżna.
Fi stqarrija saret referenza għat-tħabbira tal-kumpanija BOV503 maħruġa fid-29 ta’ April 2025, fejn ingħad li l-Bank informa lis-suq li kien ġie avviċinat minn terzi li wrew interess f’offerti finanzjarji potenzjali relatati mal-HSBC Bank Malta p.l.c.
Il-BOV qal li, wara stqarrijiet magħmulin mill-awtoritajiet relevanti, xtaqt jikkjarifika li m’għandu l-ebda interess li jidħol fi transazzjonijiet li jkunu, jew li jistgħu jiġu meqjusa, bħala li qed iżidu direttament il-konċentrazzjoni tas-suq fl-industrija bankarja.
Il-bank temm jgħid li mhux se jkompli b’ebda transazzjoni relatata max-xiri ta’ ishma f’HSBC Bank Malta plc.