Hekk kif l-avvenimenti marbuta ma’ Freshers issa ntemmu, il-BOV qed jestendi l-benefiċċji għall-istudenti permezz ta’ kompetizzjoni ġdida u eċitanti. Miftuħa esklussivament għall-dawk l-istudenti li fetħu kont mal-Bank f’dawn l-aħħar sentejn, din il-kompetizzjoni hija marbuta mal-użu tal-BOV Visa cards fuq Apple Pay, Google Wallet jew Garmin Pay, bil-għan li jiġu użati iżjed il-mezzi diġitali.
Studenti li ssieħbu fil-BOV Club bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Diċembru 2023 huma awtomatikament eliġibbli dment li jkunu għalqu 18-il sena sal-1 ta’ Ottubru 2023.
Waqt li kien qed jitkellem fit-tnedija tal-kompetizzjoni “Add, Tap & Win”, il-Kap fit-Taqsima tal-Personal Banking u l-Wealth Management fil-BOV, is-Sur Simon Azzopardi tkellem dwar l-isforzi tal-Bank li jipprovdi soluzzjonijiet faċli u moderni li jikkumplimentaw ix-xejriet ta’ llum.
Is-Sur Simon Azzopardi stqarr li, “Nafu sewwa kemm l-istudenti llum jagħmlu użu frekwenti minn soluzzjonijiet diġitali fil-ħajja ta’ kuljum, sew meta jiġu biex jixtru, jużaw mezzi tat-trasport, fl-istudju u anke fl-eżamijiet. Għaldaqstant, rajna li l-istudenti huma udjenza ideali sabiex magħhom nippromwovu s-servizzi diġitali li noffru, b’mod partikolari minħabba l-fatt li jikkumplimentaw l-istil ta’ ħajja tal-istudenti stess. Sabiex inħeġġu l-użu ta’ kartiera diġitali, qed inrebbħu 10 arloġġi Garmin Venu® 3 fil-kompetizzjoni “Add, Tap & Win”.
Kull ma jridu jagħmlu l-istudenti, huwa li jtellgħu il-BOV Visa cards tagħhom fuq il-kartiera diġitali Apple Pay, Google Wallet jew Garmin u jwettqu minn tal-inqas ħames tranżazzjonijiet minnha sal-aħħar ta’ Diċembru 2023. Ir-rebbieħa jkunu mtella’ bix-xorti wara li jagħlaq il-perjodu tal-kompetizzjoni. Din hija opportunità tajba għall-istudenti u ninsabu ħerqana li niltaqgħu magħhom fl-aħħar tal-kompetizzjoni”.