Il-Knisja storika ta’ San Ċir, li tinsab fil-limiti tar-Rabat se tkun qiegħed tiġi restawrata b’kollaborazzjoni bejn il-Bank of Valletta u Din l-Art Ħelwa, fl-għelqu mill-50 anniversarju tagħhom. Dan ir-restawr qiegħed issir fuq waħda mill-eqdem knejjes medjevali ta’ Malta, li nbniet bejn l-1450 u l-1500.
Din il-knisja hija meqjusa bħala xhieda notevali tal-wirt għani ta’ Malta, bis-saqaf uniku tagħha din il-knisja baqgħet ma nbidlitx tul is-snin, u b’hekk żiedet valuri storiki tagħha, minkejja l-użu varjat tagħha matul is-snin. Kenneth Farrugia il-Kap Eżekuttiv tal-Bank esprima is-sodisfazzjoni tiegħu rigward l-appoġġ tal-Bank fejn qall li din l-inizjattiva hija perfettament tallinja mal-programm Respnsabbli tas-Soċjali Korporattiva, li għal ħamsin sena, l-istess komunitá kien ta’ sostenn, biex ikomplu iżommu l-wirt nazzjonali.
Ernest Agius ic-Chef Operations Officer enfasizzat rigward in-natura kollaborattiva ta’ dan l-proġett, fejn qall li dan ir-restawr mhuwiex biss għajuna finanzjarja, imma ukoll għall-istorja tal-Knisja. Filwaqt li l-President ta’ Din l-Art Ħelwa Patrick Calleja, stqarr li bħala għaqda huma tassew gradi li l-BOV qiegħda tkun ta’ sostenn biex jirrestawraw l-knisja medjevali, fejn tħalliet fi stat dilapidat għal tull ta’ żmien.
Din il-Knisja ta’ San Ċir hija monument sentimentali għall-ġenerazzjonijiet futuri. Dan il-proġett ta’ restawr huwa mistenni li jibda dalwaqt.