Il-Bank of Valletta ħabbar li mhux se jibqa’ jitlob lill-klijenti mhux personali t-tariffa relatata ma’ bilanċ għoli fuq depożiti.
Din it-tariffa kienet ġiet imnedija bħala riżultat tax-xenarju li matulu kien hemm rata ta’ imgħax negattiva li kienet prevalenti sal-aħħar ta’ Lulju 2022.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
It-tariffa ġiet irtirata mit-tariffa ta’ ħlasijiet tal-Bank mill-1 ta’ Awwissu 2022.
Is-Sur Albert Frendo, Chief Business Banking Officer spjega li, “il-Bank qed isegwi u jadatta għaċ-ċirkostanzi li qed jevolvi, u jiżgura li l-bidliet fid-dinamika tas-suq ikunu riflessi fl- istrateġija tal-prezzijiet u tan-negozju tagħna.”
Tenna kif id-deċiżjoni tal-Bank hija parti minn strateġija li permezz tagħha l-Bank qed jappoġġja l-imprendituri Maltin.