Il-Bank of Valletta ħabbar dividend interim ta’ €35 miljun għall-ewwel nofs tal-2024, ekwivalenti għal dividend gross ta’ tlieta u ħamsin miljun u tmin mitt elf ewro (€53.8m).
Dan jammonta għal dividend ta’ żero punt żero disgħa tnejn erbgħa ċenteżmi tal-ewro (€0.0924) gross għal kull sehem.
Il-ħlas tad-dividend imħabbar mill-bank isegwi l-prestazzjoni finanzjarja pożittiva rrapportata mill-Grupp BOV fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, li għaliha l-Grupp irrapporta profitt qabel it-taxxa ta’ mija u tmienja u erbgħin miljun u mitejn elf ewro (€148.2 miljun), li jirrappreżenta żieda ta’ 40.9% fuq l-istess perjodu fl-2023.
Id-dividend hu ppjanat li jitħallas fis-27 ta’ Novembru 2024 lil dawk il-membri li jidhru fir-reġistru tal-membri tal-bank.