‘Il-kapaċità li żżomm il-ħaddiema miegħek minn dejjem kienet essenzjali għal kull negozju ta’ suċċess, u l-importanza tagħha dejjem qed tiżdied hekk kif ix-xejriet qed juru li qiegħed dejjem jiżdied l-impatt tat-telf ta’ impjegati bis-sengħa.’ Dan iddikjaratu Claire Falzon, Manager, Uffiċċju tal-Bancassurance fil-Bank of Valletta waqt il-preżentazzjoni. tar-riżultati tal-MHRA – BOV – Deloitte Hospitality Survey għat-tielet kwart tal-2023.
‘Skema ta’ Pensjoni Volontarji fuq il-post tax-Xogħol, jew ‘Pensjoni fuq il-post tax-xogħol’ hija strument ideali li jiżgura li l-livell ta’ għajxien attwali jkun jista’ jinżamm wara l-irtirar’ kompliet is-Sinjura Falzon. ‘Din hija opportunità kbira għal min iħaddem li jaħseb ’il quddiem biex jipprovdi lill-impjegati tiegħu b’benefiċċji addizzjonali, li jmorru lil hinn mis-salarju standard u l-kundizzjonijiet tax-xogħol permezz ta’ skema fejn iż-żewġ partijiet jistgħu jikkontribwixxu fil-bini ta’ pot li jista’ jissupplimenta l-pensjoni meta tintlaħaq l-età tal-pensjoni. .’
‘L-iskemi bħalissa jibbenefikaw minn roħs ta’ taxxa mill-gvern għaż-żewġ partijiet b’min iħaddem iwaqqaf l-iskema u jiddefinixxi l-parametri tagħha u l-kontribuzzjoni li tagħmel l-organizzazzjoni lil kull impjegat. Dan huwa pass importanti ħafna għal impjegat li qed jara li jnaqqas id-distakk bejn il-pensjoni tal-istat u l-livell tal-istil ta’ ħajja tiegħu mal-irtirar, filwaqt li jagħmel il-kumpanija li tħaddem iżjed attraenti , kemm mal-forza tax-xogħol attwali kif ukoll biex tattira talent ġdid,’ temmet tgħid Ms Falzon.
Il-Bank of Valletta qed joffri l-għarfien espert u l-gwida tiegħu lill-organizzazzjonijiet li jixtiequ jwaqqfu Skema Volontarja tal-Pensjoni tax-Xogħol għall-impjegati tagħhom, kif ukoll lil kull individwu li għandu l-finanzjament tal-futur tiegħu għal qalbu. Wieħed jista’ jikkuntattja l-uffiċju tal-Bancassurance tal-Bank għal appoġġ dwar dan is-suġġett permezz ta’ email fuq bancassurance@bov.com jew billi jċempel 2275 1627.
Il-Bank of Valletta bena sħubija fit-tul mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) biż-żewġ partijiet jaqsmu l-għarfien espert u l-għarfien tal-industrija u jidentifikaw opportunitajiet li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-membri tal-MHRA u l-impjegati tagħhom.
Il-valur tal-investiment tiegħek jista’ jinżel kif ukoll jiżdied u tista’ tieħu lura inqas milli investejt oriġinarjament. Jekk tinvesti f’dan il-prodott, ma jkollokx aċċess għall-flus tiegħek qabel id-data tal-irtirar. It-trattament tat-taxxa jiddependi miċ-ċirkostanzi individwali Il-leġiżlazzjoni tat-taxxa u l-ammont ta’ roħs jistgħu jinbidlu fil-futur.