Il-Bank of Valletta qed joffri moratorju ta’ mhux inqas minn tliet xhur fuq self għad-dar u anki dak personali.
Il-BOV qal li l-moratorju fuq il-pagamenti huwa fuq kapital kif ukoll l-imgħax.
F’aktar miżuri biex jgħin lill-klijenti tiegħu f’dan iż-żmien, il-bank qal li mhux se jimponi ħlas addizzjonali fuq skedar ġdid ta’ self għad-djar u self personali.
Qal li se jitwaqqgħu ukoll miżati fuq pagamenti fuq karti ta’ kreditu li jsiru tard.
Il-BOV spjega li b’mod temporanju se jżid il-limiti tal-overdrafts fil-karti ta’ kreditu mingħajr ħlas żejjed.
Dan filwaqt li l-bank mhux se jiġbor flus ukoll fuq estensjonijiet biex jinġibdu jew jiġu użati fondi fuq self.