Il-Bank of Valletta ħabbar fi stqarrija li żdied il-limitu tad-debit cards, kemm meta l-klijent iħallas bil-kard tal-BOV kif ukoll meta wieħed jiġbed il-flus mill-ATMs.
Hawnhekk il-bank qal kif mill-BOV Cashlink Malta klijent jista’ juża sa massimu ta’ €1,000 kuljum għall-xiri li jsir mill-ħwienet; massimu ta’ €700 kuljum meta tiġbed mill-ATM.
Mill-BOV Cashlink Visa wieħed jista’ juża sa massimu ta’ €3,000 kuljum għall-xiri li jsir mill-ħwienet; massimu ta’ €1,000 kuljum meta tiġbed mill-ATM.
L-istqarrija żiedet tgħid li l-inqas ammont li klijent jista’ jiġbed m’għand il-kaxxiera ġewwa l-fergħa huwa €700 (sakemm m’għandekx inqas minn €700 u m’għandekx card).
Huma appellaw lil kulħadd sabiex jagħmlu użu mis-servizzi diġitali tal-BOV https://bit.ly/3tFiYzc.