L-Erbgħa, Il-Bank of Valletta, ħabbar li jinsab f’negozjati avvanzati biex ibigħ parti mill-portafoll tiegħu ta’ self li ma jrendix (Portafoll) li ilu fuq il-kotba tal-bank għal żmien twil, bil-ħsieb li jsaħħaħ il-buffers ta’ kapital u l-likwidità tiegħu. Fl-għażla tal-Portafoll ta’ self li ma jrendix, il-Bank segwa proċess rigoruż li juża kriterji predefiniti.
Il-Bank dejjem jimmira li jidentifika soluzzjonijiet fattibbli biex jerġa’ jistabbilixxi l-kwalità tas-self kull meta l-klijenti tal-Bank jesperjenzaw xi kwistjonijiet ta’ finanzjament tal-kreditu.
Il-Bank dejjem jimmira li jidentifika soluzzjonijiet fattibbli biex jerġa’ jistabbilixxi l-kwalità tas-self kull meta l-klijenti tal-Bank jesperjenzaw xi kwistjonijiet ta’ finanzjament tal-kreditu
Fil-każ tal-pożizzjonijiet ta’ self imwettqa f’dan il-Portafoll, filwaqt li l-Bank fuq diversi snin ħa diversi passi biex jirkupra l-ammonti pendenti dovuti minn dawk li jissellfu, il-klijenti naqsu mill-obbligi tagħhom u mit-termini miftiehma f’diversi okkażjonijiet..
Il-Bank se jżomm lis-suq infurmat dwar kwalunkwe żviluppi u konsegwentement se jippubblika aktar dettalji meta jkun il-waqt opportun.