Il-Bank of Valletta qed isaħħaħ l-impenn tiegħu għat-tkabbir sostenibbli tan-negozju permezz tal-SME Grow Green Loan, imfassal biex jgħin lin-negozji żgħar biex joperaw b’mod aktar ambjentali.
Din l-inizzjattiva hija mfassla biex itaffi l-piż finanzjarju li jħabbtu wiċċhom miegħu n-negozji żgħar, filwaqt li tiżgura li dawn in-negozji li jinvestu f’inizjattivi favur l-ambjent jibbenefikaw minn kundizzjonijiet aħjar ta’ self.
Permezz ta’ dan is-self, l-investimenti ambjentali jsiru aktar affordabbli. In-negozji żgħar issa jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis ta’ 1% fir-rati tal-imgħax. Dan jagħmilha soluzzjoni aktar effettiva għal sistemi effiċjenti fl-enerġija, u proġetti tal-enerġija rinnovabbli.
Mark Scicluna Bartoli, Kap tal-Product Development tal-bank, saħaq fuq l-importanza li s-sostenibbiltà tiġi integrata fl-istrateġiji tan-negozju, filwaqt li enfasizza kif l-iskema SME Grow Green Loan tista’ tgħin lin-negozji jirnexxu fix-xenarju ekonomiku.
Dan filwaqt li l-BOV jiżgura li n-negozji jirċievu l-għarfien espert u r-riżorsi meħtieġa biex jieħdu deċiżjonijiet informati dwar l-investiment u prattiċi aktar ambjentali.
Għal aktar informazzjoni dwar il-BOV SME Grow Green Loan, in-negozji jistgħu jżuru www.bov.com