Il-Grupp Bank of Valletta ħabbar profitt qabel it-taxxa ta’ iktar minn 89 miljun ewro għas-sena li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2019.
Dan jitla għal iktar minn 138 miljun ewro qabel ma jkunu kkunsidrati spejjez ta’ litigazzjoni ta’ 25 miljun ewro u spiża ta’ trasformazzjoni ta’ kważi 24 miljun ewro ieħor.
Dan se twassal biex jiġi rrakkomandat dividend nett ta’ 1.71 ċenteżmu għal kull sehem fost l-azzjonisti tal-bank.
Il-bank fi stqarrija qal li r-riżultati huma b’saħħithom fi żmien fejn il-bank qed jibni programm sinifikanti ta’ de-risking filwaqt li qed isir titjib tanġibbli fil-qafas ta’ riskju, governanza u kontrolli tal-bank.
Il-bank nnota li d-depożiti tal-klijienti kiber bi tnejn punt wieħed fil-mija biex issa dan ilaħħaq għal kważi €11-il biljun.
Il-bank semma wkoll li matul is-sena li għaddiet tnediet sistema bankarja ġdida b’suċċess filwaqt li żied il-portafoll diġitali tiegħu permezz ta’ verżjoni ġdida tal-applikazzjoni tal-mobajl kif ukoll id-dħul tal-BOV pay.