B’effett immedjat il-Borża ta’ Malta estendiet il-ħinijiet tal-kummerċ bi tliet sigħat. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna u ċ-chairman Joseph Portelli, waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Minn meta bdiet topera 25 sena ilu, il-Borża ta’ Malta kienet tiftaħ għall-kummerċ tliet sigħat kuljum biss. L-estensjoni qed tiġi implimentata bħala parti mill-inizjattivi li l-Borża se timplimenta skont pjan strateġiku mniedi f’Ottubri li għadda.
Il-Ministru Edward Scicluna qal li l-estensjoni tinkoraġġixxi aktar kummerċ u tqarreb lill-Borża ma’ standards ta’ swieq internazzjonali. Dan jikkumplimenta l-viżjoni ta’ dan il-Gvern, li jinstabilixxi l-Borża bi sfond internazzjonali.