B’żieda ta’ 3% fuq is-sena ta’ qabel, il-Borża ta’ Malta għalqet l-2015 bis-sitt l-akbar tkabbir fid-dinja, meta mqabbla ma’ swieq oħra internazzjonali.
Dan ikkonfermah iċ-ċermen tal-Borża ta’ Malta, Joseph Portelli, f’kummenti ma’ ONE News, jiem wara din l-entità ewlenija ċċelebrat il-25 anniversarju.
25 sena wara, il-Borża ta’ Malta tgħodd ‘il fuq minn 75 elf kont, b’ismijiet stabbiliti jużawha bħala pjattaforma kruċjali fl-operat tagħhom.