Dan hekk kif il-Bord tad-Diretturi llum, b’vot unanimu, temm l-impjieg tas-Sur John Bundy mal-kumpanija b’effett immedjat. Iż-żewġ deċiżjonijiet ittieħdu waqt laqgħa tal-Bord tad-Diretturi li saret illum.
Fi stqarrija l-Bord tal-PBS qal li għal-laqgħa attendew ukoll l-awdituri tal-kumpanija li kienu inkarigati jinvestigaw allegati irregolaritajiet fl-għoti tal-kuntratti fi ħdan il-PBS. Fl-istqarrija jingħad li d-deċiżjoni tat-tmiem tat-terminazzjoni tal-impjieg tas-Sur John Bundy kienet motivata fost l-oħrajn fuq il-fatt li s-Sur Bundy ma segwiex proċeduri importanti skont il-procurement policies tal-kumpanija u dan bi ksur ukoll ta’ dawk li jiddisponu r-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku.
Il-ħatra tal-Inġinier Charles Dalli bħala Aġent Kap Eżekuttiv tal-PBS tibqa’ fis-seħħ sakemm jinħatar Kap Eżekuttiv wara sejħa apposta.