Il-Bord tal-eżamijiet tal-MATSEC qal li jinsab iddispjaċut minħabba l-għażla tas-silta li l-kanditati tal-O-Level kienu mitluba biex jittraduċu. Dan minħabba s-sensittività tas-suġġett magħżul.
Dan l-eżami sar fil-jiem li għaddew.
Fi stqarrija l-Bord tal-MATSEC assigura li l-membri tal-panel ta’ dan l-eżami ntgħażlu skont l-għarfien u l-esperjenza tagħhom fis-suġġett.
Il-MATSEC assigura li l-panel mexa skont is-sillabu u ħa inkonsiderazzjoni l-abbiltajiet differenti li jista’ jkollhom il-kandidati. Intqal ukoll li għandu sistema ta’ reviżjoni biex jevita li każijiet bħal dawn jerġgħu jiġru.
Madankollu, il-MATSEC saħaq li din il-kwistjoni mhijiex se taffettwa il-marki ta’ dawk il-kandidati li qagħdu għal dan l-eżami.